Lil Sarah Crystal, ħafna jiftakkruha mis-serje popolari Becky filwaqt li oħrajn jafuha bħala kantanta, hekk kif fl-2016 deheret fil-Malta Eurovision bil-kanzunetta Right Here With You. Sarah żgur li hi midħla sew tax-xena lokali u l-karattru simpatiku tagħha dejjem nieżel għasel mat-telespettaturi.

SC4

Ritratt: Max - Pix By Max

Madwar xahar ilu Sarah iżżewġet lil Christian u l-koppja ddeċidew li jiċċelebraw mal-familjari u l-ħbieb f’hangar tal-ajruplani. Mhux għażla komuni, u żgur mhux post li ħafna jiġihom f’moħħhom meta jkunu qed ifittxu l-post fejn ħa jagħmlu l-festin tagħhom wara li jgħidu s-signor si.

SC1

Ritratt: Max - Pix By Max

Sarah u Christian ħasbu f’dan il-post uniku u l-mistiedna żgur li ħadu gost jiċċelebraw magħhom f’post kemmxejn differenti mis-soltu. Kif tistgħu taraw fir-ritratti, l-ambjent deher wieħed spettakolari u l-mistiedna jidhru li verament ħadu gost jiddevertu f’dan il-jum speċjali mal-koppja.

SC5

Ritratt: Max - Pix By Max

Ma setax jonqos li għat-tieġ kien hemm mistiedna numru ta’ personalitajiet li Sarah ħadmet magħhom tul is-snin! U aqta’ xiex... Sarah spiċċat kantat ukoll! Xejn isbaħ milli l-għarus tagħmel dak li vera tħobb fil-jum speċjali għaliha u għal żewġa.

Filmat: Mauro D'Amato

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat fil-ħajja miżżewġa u dak li hemm lest jistenniehom fil-futur.

Facebook / Pix By Max Photography


Emil Calleja Bayliss