F’messaġġ fuq Facebook il-Kap tal-Iskola tar-Rabat Għawdex (il-Happy School) Lelio Spiteri qal li s-sitwazzjoni li ninsabu fiha mhiex faċli, speċjalment għal min bħalu jgħix ma’ persuni vulnerabbli. Minkejja dan huwa żied li fl-aħħar mill-aħħar jħoss li għandu jagħmel kuraġġ. Lelio qal li filwaqt li se jieħu l-prekawzjonijiet kollha biex jipproteġi lilu nnifsu u lill-aktar tnejn minn nies imporanti f’ħajjtu, ommu u missieri, bi ħsiebu jibqa’ pożittiv hekk kif jinsab ħerqan ħafna għal sena skolastika unika flimkien tal-għalliema u l-istudenti li tant iħobb.

Lelio għalaq il-messaġġ tiegħu billi qal li huwa konvint li se noħorġu minn din l-esperjenza aktar b’saħħitna u li flimkien “kapaċi ngħelbu d-dubji, l-inċertezzi u l-biża”.

Facebook / Lelio Spiteri / Wall Street Journal


Maria  Desira