Fuq il-paġna The Malta Police Force ġie mxerred messaġġ ta' ringrazzjament li xtaqet tibgħat persuna li għaddiet minn vjolenza domestika. Fil-messaġġ hi tistqarr li apprezzat l-għajnuna u l-protezzjoni li sabet f'uffiċjal tal-Pulizija wara "inċident reċenti ta' vjolenza domestika."

Hi tgħid kemm tapprezza li kien professjonali, empatiku u dedikat f'xogħlu biex jara li tkun sigura. "Huwa serħan il-moħħ li tkun taf li hemm uffiċjali bħal PC683 hemmhekk, li jagħmlu differenza reali fil-komunità tagħna. Grazzi minn qalbi."

Prosit lill-uffiċjal li kien hemm għal din il-persuna.

Facebook/ The Malta Police Force


Gwida.mt