Omm tefgħet lil binha b’diżabbiltà ta’ sitt snin fi xmara infestata bil-kukkudrilli fejn huwa rrappurtat li spiċċa maqtul.

Savitri Kumar ta’ 26 sena minn Uttara Kannada, distrett fl-istat tal-Punent tal-Indja ta’ Karnataka, kellha argument jaħraq ma’ missier it-tifel, Ravi Kumar ta’ 27 sena, li ripetutament ordnaha biex ‘teħles mit-tifel’, jirrapporta s-sit Times of India.

Saħansitra kien kontra li twelldu skont il-Pulizija. Meta l-ġenituri reġgħu ġġieldu dwar binhom is-Sibt filgħaxija, Savitri kienet ‘imnikkta’ tant li allegatament tefgħet lil binha f’kanal tal-iskart. Hi u missier it-tifel spiċċaw arrestati.

Facebook/ HuM HiMacHali HaI YaaR


Gwida.mt