Hospice Malta, NGO lokali ddedikata biex tipprovdi servizzi ta’ kura palljattiva b’xejn lill-pazjenti u lill-familji tagħhom, qed tħabbar it-tnedija tat-telethon annwali tagħha ta’ ġbir ta’ fondi, bl-isem ‘L-Aħħar Pass’. Skedata għall-Ħadd, 7 ta’ Lulju 2024, mill-11:00 am sal-11:00 pm, it-telethon ta’ din is-sena għandha l-għan li tiġbor l-għotjiet mill-pubbliku biex jitlestew l-aħħar stadji tal-kumpless St Michael, bl-inawgurazzjoni mistennija f’Settembru 2024.

It-telethon ‘L-Aħħar Pass’ se tixxandar live għal 12-il siegħa direttament minn St Michael Hospice f’Santa Venera. It-telespettaturi jistgħu jsewgwu l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali biex jesperjenzaw l-istejjer u l-intervisti li jixhdu l-impatt tas-servizzi ta’ Hospice Malta u l-importanza li jitlesta l-proġett ta’ St Michael Hospice.

St Michael Hospice, l-ewwel kumpless ta' kura palljattiva f’Malta, jirrappreżenta pass trasformattiv fl-impenn ta' 34 sena ta' Hospice Malta għall-kura ħolistika. Il-kumpless se joffri faċilitajiet kruċjali għal in-patient u servizzi estiżi, u b’hekk jiżgura appoġġ komprensiv għall-pazjenti u l-familji tagħhom li qed jiffaċċjaw mard li jillimita l-ħajja.

Is-Sinjura Bernadette Bonnici Kind, Chairperson ta’ Hospice Malta, esprimiet gratitudni u enfasizzat is-sinifikat tat-tlestija ta’ St Michael Hospice, u ħeġġet lill-benefatturi, lill-komunità kummerċjali u lill-pubbliku biex jikkontribwixxu b’mod ġeneruż lejn dan il-proġett ta’ importanza nazzjonali.

Kenneth Delia, Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta, saħaq li l-proġett ta’ St Michael Hospice qed joqrob lejn l-aħħar stadji tiegħu ta’ tlestija. B’din l-infrastruttura f’postha, Hospice se tkun mgħammra biex takkomoda b’mod effiċjenti s-servizzi attwali tagħha filwaqt li toffri wkoll il-potenzjal ta’ espansjoni permezz tas-servizzi tagħha fil-komunità, servizzi ta’ matul il-jum kif ukoll servizzi in-patient.

Delia irrimarka: “Qed nassistu għal żieda kostanti fid-domanda għas-servizzi tagħna. Fl-2023 biss, ilqajna qrib 900 pazjent ġdid, u qdejna 1,500 familja fis-sena. Il-professjonisti ddedikati tagħna pprovdew kważi 37,000 sessjoni ta’ kura, appoġġjati minn aktar minn 11,000 siegħa ta’ volontarjat u kważi 27,000 siegħa ta’ kura fid-djar tal-pazjenti. Barra minn hekk, silfna aktar minn 2,500 tagħmir mediku essenzjali lil dawk fil-bżonn. It-telethon tagħtina r-rizorsi vitali biex inkomplu nappoġġaw lill-pazjenti u lill-familji tagħhom permezz ta’ servizzi ta’ kura palljattiva individwalizzata ta’ kwalità għolja.”

It-telethon ‘L-Aħħar Pass’ qed tilqa’ donazzjonijiet permezz ta’ diversi mezzi, inklużi telefonati, SMS, pjattaformi online, u pledges. Kull kontribuzzjoni tqarreb lil Hospice Malta biex twettaq il-missjoni tagħha u twettaq il-viżjoni ta’ St Michael Hospice.

Għal aktar informazzjoni u biex tagħti donazzjoni, idħol HAWN

Dettalji għad-Donazzjonijiet:

  • CALL: €25 - 5180 2024 | €50 - 5190 2031
  • SMS: €11.65 - 5061 9234
  • ONLINE: https://hospicemalta.org/supporting-hospice/donations/
  • BOV Mobile: 7993 3894
  • BOV Bill Payable jew APS Bill Payable
  • PLEDGE: 2122 0011


Gwida.mt