Fi Frar li għadda l-kantanta lokali Amber nediet il-kanzunetta prezzjuża għaliha Għanja Lil Ġużi. Isimha magħha, kanzunetta li tiddedikaha għal binha Ġużi li twieled f'Jannar li għadda. 

Nhar il-Ġimgħa Amber kienet mistiedna waqt il-programm XOW fejn interpretat il-kanzunetta live. L-emozzjonijiet huma kbar u juru b'mod ċar u qawwi l-imħabba tal-omm għal binha. Amber titkellem dwar it-tifsira prezzjuża ta' din il-kanzunetta.

"Din ktibtha meta kont tqila b'Ġużi. Kienet emozzjonali ħafna, l-vjaġġ eċċ. Xtaqt li nagħti rigal lil Ġużi, u l-isbaħ mod kif nista' nesprimi ruħi hu bil-kant u l-mużika."

Prosit kbira Amber!

Facebook/ Amber


Kyle Zarb