Fuq il-paġna uffiċjali ta' Love Island Malta ġie ppubblikat l-ewwel filmat li juri mumenti mill-ewwel episodju li ħa nsegwu llejla. Fil-fatt jidhru deħlin il-parteċipanti ġol-villa, tidħol il-preżentatriċi Yazmin, sakemm jasal il-ħin li jsir il-coupling.

Minnufih Yazmin tħabbar l-ewwel sorpriża għall-parteċipanti! "Il-coupling li għamilna s'issa, kienet għalxejn." Il-parteċipanti jidhru anke bdew jiddiskutu  bejniethom dwar x'għoġobhom u le. Apparti minn hekk se jkollhom iċ-ċans isiru jafu aktar lil xulxin bil-logħba, Verità jew Sfida.

Segwu llejla fuq TVM fid-21:00 il-bidu ta' dan il-vjaġġ romantiku. 


Gwida.mt