Fl-ewwel kummenti tiegħu fuq il-mezzi soċjali wara l-ewwel semi-finali, Howard qasam il-ħsibijiet tiegħu. Hu stqarr li kultant ħassu bħal ħuta fil-kontenitur tagħha, "Nassigurakom li tagħmel dan il-livell ta' produzzjoni / wirja fil-kundizzjonijiet attwali mhix ħidma faċli."

Howard jirrifletti, "Immissjajt l-udjenza diretta imma kuntent li għallinqas kellna waħda virtwali. Il-pubbliku vvota. Huwa l-vot tiegħek minn hawn 'il quddiem b'hekk għażel tajjeb !! Irrid ngħid, li ma tkunx kapaċi tiggwida lill-kontestanti biex itellgħu l-livell tagħhom ħassejtha daqsxejn stramba."

Hu jagħlaq billi jgħid, "Nispera li din il-pjattaforma sservi lis-7 kontestanti l-oħra biex ikomplu fit-triq tagħhom." Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawgurawlhom kull suċċess.


Emil Calleja Bayliss