Artiklu tat-TVM News jgħid li tifla t’għaxar snin minn Gaża, bl-isem ta’ Lara Abu Alkas, se tinġieb f’Malta għall-kura. Lara weġġgħet wara attakk mill-ajru minn Iżrael.

Lara tilfet il-vista t’għajnha l-leminija wara li ntlaqtet minn debris ta’ missila. Hi ġiet evakwata flimkien m’ommha u l-Gvern Malti se jagħmel tajjeb għall-kura li għandha bżonn. Hi se tasal Malta nhar it-Tnejn filgħaxija u se tinġieb b’donazzjonijiet li nġabru b’risq it-tfal feruti f’Gaża.

Min jixtieq jagħti donazzjoni biex jinġiebu f’Malta aktar tfal li sfaw midruba f’Gaża jista’ jagħmel dan bir-Revolut fuq 99619998 jew bil-BOV Mobile pay fuq 99922000, jew billi jċempel lill-Ambaxxata fuq 27801200.

TVMNews


Bernard Xuereb