Illum, 9 ta’ Mejju, il-Furjana qed tiċċelebra għeluq it-300 sena tagħha. Kien proprju fid-9 ta' Mejju, fl-1724, li l-Gran Mastru Portugiż Manoel de Vilhena f’digriet iddeċieda li ż-żona li llum hija magħrufa bħala l-Furjana għandha ssir waħda residenzjali u hu kien ta l-permess uffiċjali biex jibda jsir il-bini.

Forsi llum din mhux xi ħaġa kbira iżda f'dak iż-żmien kien għadu qed jibda l-bini! Il-prijoritajiet kienu d-difiża u s-sigurtà tas-soċjetà inġenerali, il-kostruzzjoni ma kinitx wisq prijorità. Għalhekk kienet deċiżjoni mhux faċli li tittieħed iżda l-Gran Mastru Vilhena għaraf il-ħtieġa u minn hemm beda l-bidu għal-lokalità tal-Furjana.

Magħkom f'dan il-jum qed naqsmu innu miktub mill-Furjaniż Paul Ellul, li ġie mmużikat mill-Furjaniż Heathcliffe Balzan. Żgur li tistgħu tapprezzaw il-kliem! Dan ġie interpretat mis-sopran Rosabelle Bianchi, mill-mezzo sopran May Caruana, mit-tenur Charles Vincenti u l-baritonu Louis Andrew Cassar.

Facebook / Zulema Mezquia


Emil Calleja Bayliss