Kien bħal-lum 23 sena ilu meta folol kbar ta' nies ħonqu l-fosos tal-Furjana; kien hawn fostna l-Papa Qaddis Ġwanni Pawlu t-Tieni.

Dakinhar il-poplu Malti kien qed jistenna bil-ħerqa li jisma' l-kliem li tant kien ilu jistenna: "Giorgio Preca...Beato."

Il-poplu nfexx f'ċapċip u ferħ li ma tiddesriviehx! Imbagħad 6 snin wara, fl-2007, il-Papa Benedittu XVI iddikjarah Qaddis fi Pjazza San Pietru.

San Ġorġ Preca kien umli u għall-bidu kienu jarawh ftit dubjuż minħabba l-idea tas-soċjetà tiegħu kienet xi ħaġa ġdida għal żmienu. Ilkoll nafu li l-ġid li wettaq malajr bidel il-fehma ta' kulħadd. Għaqqad bosta familji, ġabar tfal u żgħażagħ, għen lill-fqar, sema' lill-batut u ħabb anke lil dawk li waqqgħuh għaċ-ċajt.

Fuq diversi paġni ta' Facebook is-soċjetajiet tal-MUSEUM f'lokalitajiet differenti qed ifakkru l-festa tal-Ewwel Qaddis Malti kif ukoll jiktbu xi talba għall-okkażjoni. 

 

Facebook/ Fratellanza San Mikiel Arkanġlu, Żejtun A.D. 1737


Kyle Zarb