L-ERA bħalissa qed tinvestiga interventi mhux awtorizzati fuq siġar tal-Ficus ġewwa l-Mosta. Dawn l-interventi jinkludu toqob li saru fihom flimkien ma’ xi likwidu li ntefa’ fihom. L-awtorita tikkundanna dan l-att ta’ vandaliżmu li ilhom jinvestgawh flimkien mal-pulizija biex flimkien jaqbdu l-min wettaq dan ir-reat. Dan l-att ta’ vandaliżmu jista’ jhedded is-saħħa u l-integrita ta’ dawn is-siġar.

Malli rċevew dawn ir-rapporti, l-ERA immiedjatament bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom b’assistenza tal-Plant Health Directorate u talbu ntervent tal-pulizija. Bħalissa għaddejjin testijiet fil-laboratorji biex tiġi analizzata s-sustanza li nstabet f’dawn is-siġar. Dan huwa pass kruċjali biex tiġi determinata s-sustanza u biex jaraw il-bżonn ta’ xi ntervent bħala rimedju.

Bħalissa qed isiru l-isforzi possibli kollha biex jiġu identifikati dawk li wettqu dan l-att vandalu. L-ERA qed titlob lil dawk kollha li għandhom xi informazzjoni li tista’ tgħin f’dawn l-investigazzjonijiet biex jitkellmu magħhom fejn assiguraw il-kunfidenzjalita ta’ min jista’ jgħinhom.

Kull individwu jista’ jirraporta kwalunkwe informazzjoni relevanti b’mod anonimu lil ERA fuq 2292 3500 jew permezz ta’ https://cc-eris.eraportal.org.mt/submit-case

L-ERA tinkoraġixxi lill-pubbliku biex jikkoperaw mal-pulizija u jipprovu l-assistenza meħtieġa li tista’ tikkontribwixxi fl-investigazzjonijiet marbutin ma’ dan il-kas.


Charlton Cefai