Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq facebook, Department of Information Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni dwar il-knisja ta’ Santa Katerina tat-Torba ġewwa l-Qrendi.

Huma qalu, “Din il-knisja nbniet fl-1626 u huwa ddokumentat li kienet tinsab “madwar tnax-il pass lejn in-nofsinhar” mill-kappella li kien hemm qabel li kienet ukoll iddedikata lil Santa Katerina li twaqqgħet fl-1624.”

Komplew billi żiedu jgħidu wkoll, “L-oriġni tal-isem Tat-Torba mhux magħruf minn fejn ġej. Abela fl-1647 fil-ktieb Della descrittione di Malta, kiteb illi torba tfisser ċimiterju. Tajjeb ukoll niftakru li din il-kappella kellha ċimiterju żgħir magħha li llum m’għadux jeżisti. Għalhekk jista’ jagħti l-każ li l-isem Santa Katarina tat-Torba oriġina proprju mill-maqbar li kien hemm fl-istruttura.”


Charlton Cefai