Luke Dalli, il-personalità li ħafna jammiraw waqt il-programm Il-Kumitat illum jiċċelebra sena mat-tfajla tiegħu. Hu ħallielha messaġġ ħelu fuq il-profil tiegħu.

Hu kiteb, "Kien eżattament 365 ġurnata ilu meta int dħalt fil-ħajja tiegħi u għamiltha l-ħajja tagħna. Ċertament l-aħjar sena f'ħajti. U bla dubju l-bidu tal-isbaħ vjaġġ ta’ ħajjitna. Grazzi Tzetza. Inħobbok."

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Luke u lit-tfajla tiegħu l-isbaħ xewqat. Nawgurawlhom li s-sena kuntentizza li kellhom titkattar fi snin ta' kuntentizza flimkien. Awguri mill-qalb!

Facebook / Sve Cutajar


Emil Calleja Bayliss