Bosta huma dawk li jrabbu kelb u fih isibu kumpanija sabiħa, lealtà u faraġ f'mumenti diffiċli. Riċerka li saret turi li kelb kapaċi jkun ta' benefiċċju għal moħħ il-bniedem.

Il-kelb hu annimal li kapaċi jgħin lill-bniedem jirrilassa. Fost il-benefiċċji hemm dawk emozzjonali u psikoloġiċi. Mid-dehra l-kelb hu ħlejqa li tgħin anke fil-memorja tal-bniedem. Ir-riċerka li rriżultat dan kollu saret fuq 40 persuna ta' madwar 30 sena li kellhom attivitajiet mal-klieb.

Il-parteċipanti adulti kellhom logħob mal-kelb, jitimgħuh, jagħmlulu l-messaġġi, jieħdu r-ritratti, imorru xi mixja miegħu kif ukoll jgħannquh. Per eżempju l-istudju wera li meta tilgħab ma' kelb, tkun qed tevita d-dipressjoni u problemi ta' saħħa mentali oħra.

Kelb 1  


Kyle Zarb