Il-Membru Parlamentari Alex Borg, li sa ftit snin ilu kien qed iġorr it-titlu ta' Mr World Malta, jidher li qed joħroġ mal-preżentatriċi u mudella lokali Sarah Bajada. Dawk kollha li jsegwu l-midja lokali, żgur li jafu lil Sarah minn fuq it-televiżjoni.

L-aħħar proġett li rajnieha fih kien proprju The Voice Kids, iżda qabel dan rajnieha tippreżenta l-programm tal-isports 'Replay' u anke preżentat Miss World Malta flimkien ma’ Keith Demicoli.

Sarah kienet ukoll parti mit-tim ta' Foxy Federation, fejn kienet l-unika żeffiena ma' tliet kantanti. Jidher li hi u Alex Borg sabu l-imħabba f'xulxin. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Alex kiteb, "Kburi li għandi lil din il-mara sabiħa maġenbi."

Hi mill-banda l-oħra kitbet, "Peress li qiegħda fuq din il-pjattaforma naturalment naqsam partijiet mill-ħajja personali tiegħi - għax ħassejtni sigura biżżejjed biex nagħmel dan u din il-komunità tappoġġjani ħafna. L-awtentiċità tiegħi ppermettietni nibni konnessjonijiet reali fi ħdan din il-komunità ta’ nies li kienu f’sitwazzjonijiet simili u li japprezzaw u jiġu ispirati mill-kontenut tiegħi."

Hi żżid, "Iżda wkoll, hemm xi affarijiet li għadek ma rajtx għax għażilna li nżommuha privata. Għalhekk ilbieraħ qsamt ftit aktar minn ħajti dan l-aħħar. U tant minnkom kitbu, u nixtiequ nirringrazzjawkom ilkoll għax-xewqat sbieħ. Jien grata għall-imħabba u l-appoġġ ta’ dan ir-raġel inkredibbli u jien grata li għandi lilu maġenbi biex ngħixu l-ħajja flimkien."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Alex u lil Sarah għall-futur hieni flimkien.


Emil Calleja Bayliss