Illum, il-Membru Parlamentari u personalita lokali Claudette Buttigieg tiċċelebra l-anniversarju tagħha flimkien ma’ żewġha David – 23 sena ta’ mħabba u għaqda. Fuq il-midja soċjali, Claudette qasmet messaġġ sempliċi iżda mimli sentimenti sbieħ, "Illum niċċelebraw 23 sena tagħna t-tnejn flimkien. Grazzi tas-sapport kontinwu tiegħek. Inħobbok."

Il-messaġġ tagħha ġie milqugħ b’għadd ta’ kummenti ta’ awguri minn bosta, fosthom dawk li ilhom isegwuha fil-karriera tagħha bħala kantanta, preżentatriċi u aktar reċentement bħala figura pubblika fil-politika Maltija.

Fl-okkażjoni tal-anniversarju tagħhom, ħafna esprimew ir-rispett u l-kuraġġ tagħhom lejn il-koppja, li minkejja l-isfidi tal-ħajja pubblika, baqgħu b’saħħithom flimkien.

Nawguraw lil Claudette u David ħafna aktar snin mimlija ferħ, mħabba u suċċess! Awguri mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss