Ilbieraħ kien għeluq snin il-kantant lokali Isaac Mercieca. Ommu kitbet messaġġ t'awgurju fejn resprimi kemm hi kburija bih. Xerrdet anke diversi ritratti ta' Isaac għall-okkażjoni.

"Għażiż ibni bħal-lum 25 sena beda vjaġġ ta' mħabba kbira għax kellna lilek ġojja u ħajjitna nqallbet ta' taħt fuq għax ħabbejniek mal-ewwel bikja, u l-imħabba baqghet tikber sal-lum!," tibda tikteb omm Isaac.

Tawguralu u tesprimi kemm hi grata li minn tifel sar ġuvni li jirrispetta u jħobb lil ta' madwaru. Tkompli l-messaġġ, "Ibqa' aħdem għal dak li toħlom u taqta' qalbek qatt. Inħobbuk ħafna, awguri mill-qalb għażiż."

Awguri mill-qalb Isaac! 


Kyle Zarb