Dalgħodu l-koppja maħbuba Dorian u Paul tefgħu ritratt ħelu immens. Ritratt li fih jidher membru speċjali fil-familja tagħhom, u li ċertament iġib ferħ kbir miegħu, Ġużi. Illum qed jiċċelebraw għeluq it-tiet snin ta' Ġużi. 

Paul fir-ritratt li xerred fuq il-midja soċjali kiteb, "Awguri f'għeluq it-tielet sena liż-żgħiru tagħna. Inħobbok Ġużi." L-imħabba ta' dawn it-tnejn l-annimali, speċjalment Ġużi, kulħadd jaf li hi evidenti. Kemm-il darba rajna ritratti tagħhom flimkien ma' dan is-sbejjaħ u bħal dejjem il-kummenti u r-reazzjonijiet sbieħ tan-nies ikunu ħafna.

Awguri Ġużi! 


Kyle Zarb