Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza ħabbru li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet u mistennija jibqgħu miftuħin sal-Ħamis 30 ta' Mejju 2024.

Intant, il-konkors mistenni jseħħ ġewwa l-Belt Valletta f'Dar il-Mediterran, nhar il-Ħadd 8 ta' Settembru 2024.

Dawk interessati sabiex japplikaw huma mistiedna jissottomettu l-interess tagħhom hawn.

Żgur li bosta jinsabu ħerqana sabiex isegwu!


Cristian Tonna