Il-kantant lokali Ivan Grech jumejn ilu kiteb messaġġ mill-isbaħ lill-għażiża martu fl-okkażjoni tal-anniversarju tagħhom. Ivan u martu Deborah taw kelma lil xulxin proprju 21 sena ilu.

"Fit-30 ta’ April 2003... 21 Sena. Qed inħares lura lejn vjaġġ tal-għaġeb, vjaġġ mimli avvenimenti, ferħ, daħk, kisbiet, avventuri, niket, tlugħ, inżul u kull ħaġa oħra li l-irjieħ qawwija taż-żmien tefgħu fi triqitna..."

Ivan jinsab grat li għalkemm sabu quddiemhom ostakli, uħud minnhom iebsin, flimkien ikkumbattew sa ma għelbuhom.

"Fuq kollox kienu 21 sena ta’ kompassjoni, appoġġ, rispett, empatija, għaqda u fuq kollox imħabba vera..."  Ivan jagħlaq billi jistqarr li martu Deborah hi ta' appoġġ u kuraġġ kbir f'ħajtu. Jawgura lil martu fl-anniversarju tagħhom.

It-tim ta' Gwida.mt jawgura lil Ivan u Deborah aktar snin flimkien bl-isbaħ affarijiet tal-ħajja! 

Facebook/ Ivan Grech


Kyle Zarb