Is-sagrifiċċju huwa parti integrali miċ-ċelebrazzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Filwaqt li bosta jagħżlu li jiċċaħdu minn ċertu xorta ta' ikel, Tony Farrugia, magħruf għas-saħħa straordinarja tiegħu, għażel li jingħaqad ma' bosta oħrajn f'mixja ta' 21km għal Puttinu Cares.

Imma mhux biss, għaliex Farrugia ġarr salib magħmul mill-injam fuq spalltu tul il-mixja kollha.

"Ma nafux lil dan il-ġentlom, imma nammira d-determinazzjoni tiegħu," stqarret persuna li segwiet mill-qrib dan it-traġitt fiżiku ta' Tony.

Lil Tony konna rajnih l-aħħar waqt il-kuntest televiżiv Malta's Got Talent, fejn ħalla lill-ġurija mistagħġba bil-ħiliet fiżiċi tiegħu.

Prosit tassew!


Cristian Tonna