Peppi Azzopardi għadu kif għamel mistoqsija fuq il-profil ta' Facebook tiegħu li żgur li ħa tqajjem diskussjoni dwarha. Hu staqsa, "Jekk Maria l-Barokka brava biex taqra l-aħbarijiet fuq radju Malta. Għaliex mhijiex tajba biex taqra l-istess aħbarijiet fuq TVM? Mid-dehra fir-riforma, jimporta d-daqs ta’ sormha."

Maria Muscat magħrufa aħjar bħala l-Barokka hija maħbuba mmensament man-nies. Kemm ma' dawk li jsegwuha għall-mużika tagħha u anke dawk li jsegwuha fil-qasam ġurnalistiku. Iżda għalkemm għandha esperjenza vasta, qatt ma tqabbdet sabiex taqra l-aħbarijiet.

Peppi Azzopardi jgħid li l-figura tagħha jista' jidher li kienet ta' xkiel biex hi tagħmel dan. Il-mistoqsija tqum weħidha, id-dehra ta' xi ħadd għandha tagħmel differenza jekk ikun kapaċi jagħmel xogħolu kif suppost?

Għidilna x'taħseb fil-kummenti fuq il-mezzi soċjali tagħna!

Facebook / Joe Tanti


Emil Calleja Bayliss