Il-Kunsilliera ta’ Ħaż-Żabbar Angele Camilleri qasmet fuq il-midja soċjali messaġġ li rċiviet.
Il-messaġġ jgħid: “Angele nixtieq nirringrazzjak f’dak kollu li għamilt miegħi fl-aħħar jiem ta’ ħajti. Kif għidtlek, il-kanċer reġa’ ħariġli u din id-darba huwa aktar aggressiv u mifrux. M’hemmx x’tagħmel. Jekk ma nilħaqx narak is-sena d-dieħla grazzi li ferraħtni fl-aħħar jiem ta’ ħajti. Ħa nibqa’ niftakrek sakemm ngħalaq għajnejja.”
Fuq il-midja soċjali, Angele kitbet li tbikkmet x’ħin qrat dan il-messaġġ. Hi qalet ukoll: “Filwaqt li llum hija festa għall-uħud għal oħrajn huwa mument ta’ dwejjaq. Dik hi l-ħajja. Itolbu għaliha għax vera ħassejtu dan il-kliem.” Kuraġġ lil din il-mara li għaddejja minn din ir-realtà kerha.
Facebook/Angele Camilleri