Il-pandemija ħalliet l-impatt tagħha fuq diversi artisti, u smajna bosta li qassmu l-esperjenza tagħhom tul dawn is-sentejn, u wara. Il-kantanta lokali Maria Luana tkellmet magħna dwar dan, u anke dwar il-mużika inġenerali. 

Il-kantanta fil-fatt, apparti li waqfet minħabba l-pandemija, kellha anke ż-żieda fil-familja! Episodju mill-isbaħ f'ħajjet kull ġenitur. "Nista ngħid li mill-bidu ta' Milkmi sal-ġurnata tal-lum ħajti inbidlet kompletament; però xi ħaġa li baqgħet dejjem konsistenti hi l-imħabba li għandi lejn il-mużika!"

"Erba' snin ilu jien u Yan id-drummer kellna l-ewwel wild tagħna, Adam Rae, li illum għandu 4 snin. Mat-twelid tat-tifel ovvjament l-impenji jillimitaw iktar ruħhom allura mingħajr ma trid ikollok tnaqqas l-ammont ta' rehearsals. Meta tfarfar ftit it-tifel u konna erġajna se nibdew indoqqu b'mod regolari, (għax nammetti qatt ma ridt inwaqqaf il-mużika), kont tqila bit-tifla u feġġgħet il-Covid-19 allura kellna nerġgħu inwaqqfu l-provi kompletament!"

Maria tkompli tgħid li t-tfal għaliha jiġu l-ewwel u qabel kollox, iżda fl-istess ħin tħoss li ħajtek għandha tibqa' għaddejja. "It-tfal għalija jiġu l-ewwel u qabel kollox, però ma nemminx li għandek twaqqaf dak kollu li jkollok f’ħajtek għax ikollok it-tfal. Nemmen ħafna fil-bilanċ."

Lil Maria rajnieha wkoll bħala attriċi xi snin ilu! Tiftakruha lil Valerie waqt La Tħobbnix? "Iva kelli parti ewlenija fis-serje La Tħobbnix fejn nista' ngħid li esperjenzajt qasam ieħor tal-ispettaklu bħala attriċi."

Apparti minn hekk Maria kemm-il darba ħadmet minn wara l-kwinti flimkien ma' ommha li kienet makeup artist fix-xandir, għalhekk kont naf x'joffri serje." Għandha xi pjanijiet bħala attriċi? "Għalkemm kienet xi ħaġa li lili tatni pubbliċità, xorta ma nħossx li r-reċtar hu l-linja li jkolli nagħzel."

gf

Maria tkompli, "Jien persuna li nhobb hafna it-trankwilita u nametti skeda tqabbadni hafna anzjeta allura nipreferi jekk il hin nuzah f affarijiet li iktar huma Jien!" Fil-fatt tkellimna aktar dwar dik li tqisha bħala familja oħra għaliha, il-band Milkmi.

'Milkmi tmur lura hafna snin pero il membri li ghaqdu L Milkmi komplut kienu Jien il kantant, Yan li hu id drummer, Myles kien il kitarrist, Chris kien kitarrist ukoll, u Claudio bassist. Nista' ngħid li ahna ma konniex kollegi fil-muzika imma familja u ghadna hbieb sal gurnata ta llum imma kulhadd bi triq differenti!"

Il-kantanta tirrakkonta dwar il-bidu ġdid tal-band Milkmi wara l-waqfa twila ta' sentejn. "Meta feġġgħet il-Covid-19 Jien u Yan kellna t-tieni tarbija, Carly Jae, li issa se tagħlaq sentejn u t-tnejn li aħna kellna nuqqas kbir ta' mużika f’ħajjitna. Tibda tħossok qisu xi ħadd ħadlek xi ħagġa u ma jistax itihielek lura."

Fil-band issa ngħaqdu Brenton Gilford u Jeff Hailey. Komplew jikbru u issa matul l-2022 reġgħu bdew jaħdmu flimkien. "Is-sabiħ ta' band hi li ssir familja u l-isbaħ ħaġa li għandna li t-tfal tagħna iffissati fuq il-mużika allura ġieli nieħdu lit-tifel rehearsal ukoll!"

Bi tbissima Maria tkompli, "Ix-xewqa tieghi hi li it tfal ikomplu fil-muzika ghax nemmen li hi l- aqwa terapija biex tghinek tghix iktar trankwill...imma min jaf ." Maria tagħlaq l-intervista b'erba' kelmiet b'saħħithom iddedikati lil kull artist/a.

"Parir li nghati lil artist qabel kif ghandu jirpilja hu wiehed. Jekk thobb il Muzika tieqafx, tinbidel ghal hadd u hu pjacir ikteb u ohloq il muzika! Thallu l ebda persuna twaqqafkom min dak li twilidtu biex taghmlu, pariri huduhom dejjem minghand nies li jifmu fix xena pero taqtghu qalbkom qatt! Emmnu fikom infuskom, ahdmu u postkom issibuh zgur fix xena! L- iktar haga importanti hi kemm tkun kurrenti, passjonanti u temmen fik innifsek minghajr ma tkun over confident u zomm saqajk ma l- art."


Kyle Zarb