Il-preżentatur Ivan Gaffiero xtaq jaqsam esperjenza kerha ta' snin ilu li ħalliet il-marka tagħha għal ħajtu kollha. Dan wara li ħa daqqa kbira fil-karriera tiegħu wara li ġie mgħajjar għax-xows tal-immudellar tiegħu li jorganizza għat-tfal.

"Qatt ma ġrat u għada sal-lum, darba biss...", jgħid Ivan. Dan wara li ġie attakkat waqt trażmissjoni live fuq it-televiżjoni, u saħansitra anke ġie mgħajjar hu u dieħel il-Belt Valletta.

"Ftit wara dak l-istess persuna li għamilli dan kollu, kien kitibli ittra biex jiskuża ruħu. Jien bniedem li naħfer, ħfirt imma ma nistax ninsieha dik il-ġrajja... spiċċajt tliet snin nirreġistra... meta nara xi filmat jaqbadni l-biki ngħid il-verità."

Ara aktar dwar dak li xtaq jaqsam Ivan:


Gwida.mt