Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa Malcolm Paul Agius Galea ħabbar li ġie nieqes missier il-Membru Parlamentari Naomi Cachia. Hu kiteb, "Bla kliem... Kondoljanzi sinċiera lill-kollega Naomi Cachia għat-telfa ta' missierha, Noel."

It-telfa ta' wieħed jew waħda mill-ġenituri dejjem tkun ta' weġgħa għal dak li jkun. Hija telfa għażiża mmens li tħalli fik vojt liema bħalu. Tkun jew ma tkunx mistennija, it-telfa żgur li taqsam qalb dak li jkun. 

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Naomi u l-familja tagħha għal din it-telfa għażiża. Nittamaw li jsibu l-kuraġġ li tant għandhom bżonn f'dan iż-żmien diffiċli. Strieħ fis-sliem għażiż u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek.


Emil Calleja Bayliss