Bħal-lum sena ilu l-atturi Xylon Bristow u Kylie Mizzi saru ġenituri ta' Ivy Mae. Kien proprju bħal-lum meta twieldet l-għażiża binthom, fost l-ikbar rigali li qatt irċevew.

Xylon kiteb dwar din il-ġurnata fejn esprima l-ferħ kbir li ġġib din il-memorja prezzjuża. "Kienet sena mimlija mħabba bla tarf, daħkiet, u tragwardi. Li narawk tikber u titgħallem hu l-akbar ferħ ta’ ħajjitna... Inħobbuk aktar minn kemm qatt jista’ jesprimi l-kliem!"

Xylon xerred anke filmat li juri diversi mumenti sbieħ matul din is-sena speċjali. Awguri minn qalbna liċ-ċkejkna Ivy Mae!

Facebook/ Xylon Bristow


Kyle Zarb