Ir-rock opera Ġensna, jgħaddu kemm jgħaddu snin minn fuqha tibqa' popolari u tibqa' meqjusa wkoll fost l-aqwa xogħol minn taħt idejn il-Mro Paul Abela u l-awtur prolifiku Raymond Mahoney.

Il-kanzunetti ta' din ir-rock opera għadhom jindaqqu sal-ġurnata tal-lum u l-kunċerti li ttellgħu bil-mużika minn din ir-rock opera kien ta' suċċess kbir. L-aħħar kunċert li sar kien b'arranġamenti ġodda u rajna wkoll kantanti żgħażagħ ikantaw il-kanzunetti ma' kantanti stabbiliti.

Nhar il-Ħadd li ġej, filgħaxija permezz ta' ONE wieħed ħa jkun jista' jgawdi Ġensna l-oriġinali, dik tal-1984 li kienet saret ġewwa Ħaġar Qim. Dan ħabbru Jason Micallef, iċ-chairman eżekuttiv ta' ONE fuq il-midja soċjali tiegħu.

Flimkien ħa nkunu nistgħu ngawdu minn uħud mill-aqwa talent li rajna f'pajjiżna fosthom, Renato, Il-Bayzo, Mary Rose Mallia, Catherine Vigar, Paul Giordimaina u ħafna oħrajn!

YouTube / Ġensna


Emil Calleja Bayliss