Fil-ħinijiet bikrin ta' filgħodu tħabbret il-mewt ta' Paul Mifsud, fl-età ta' 76 sena.

Huwa kien magħruf għall-ħidma tiegħu fil-ħanut tal-Exotique, ġewwa l-Belt Valletta.

Mifsud jibqa' mfakkar ukoll bħala wieħed mill-ewwel xandara fuq l-istazzjon tar-radju Radio 101, fejn ippreżenta programmi fosthom Xejn Ħlief Rock.

Fil-fatt, Paul kien dilettant sew tal-mużika, partikolarment dik ta' stil rock.

"Kien persuna soċjabli u eżemplari li n-nuqqas tiegħu żgur sa jinħass minn bosta," stqarr ħabib qrib tiegħu, Eric Montfort, li anke qasam din l-aħbar fuq il-mezzi soċjali.

Strieħ fis-sliem!


Cristian Tonna