Kmieni filgħodu, l-Animal Welfare t'Għawdex ħabbru li għadhom kif sabu kelb mormi f'basket tal-plastikk.

"B'xorti tajba nzertaw għaddejjin xi persuni li nnottaw lill-kelb jitkarrab u raw li jingħata l-għajnuna," komplew jistqarru huma fuq il-mezzi soċjali.

Intant, huma ssoktaw jesprimu d-dispjaċir u r-rabja tagħhom li anke llum il-ġurnata meta hawn tant għarfien dwar id-dinjità tal-annimali, għadna naraw każi ta' din ix-xorta.

"Ġiġi, nistgħu niżgurawk li issa tinsab sigur, u naħilfulek li mhux ħa nieqfu qabel ma nsibu min kien dak li ħallik f'dan l-istat," temmew l-Animal Welfare, filwaqt li appellaw għall-għajnuna tal-pubbliku.

Jaħasra!


Cristian Tonna