Ilbieraħ fuq il-programm popolari X Factor Malta, rajna diversi kantanti li għaddew għall-fażi li jmiss dik tas-6 Chair Challenge. Madanakollu l-kantanta Deborah C ma rajna xejn fuqha. Kien għalhekk li tlabna kumment mingħand Deborah C biex tispjegalna x'ġara.

L-aħħar li rajna lil Deborah C waqt X Factor Malta kien il-ġimgħa l-oħra. Deborah kienet qiegħda fi grupp ma' Rhiannon u Vanessa. Vanessa wriet ix-xewqa li ma tibqax ġo grupp u spiċċaw Rhiannon u Deborah C bħala dwett.

Ara l-kummenti ta' Deborah C:

Din l-intervista ma' Deborah ser tkompli fir-rivista GWIDA li ser toħroġ nhar l-Erbgħa, 27 ta' Novembru. Ser niskopru aktar fuq din il-kantanta brava u nsiru nafu għaliex kienet nieqsa f'din l-aħħar sena mix-xena mużikali. Aħna minn qalbna nawguraw kull suċċess lil din il-kantanta bravissima u j'Alla ma ndumux ma nerġgħu nisimgħu xi materjal minn tagħha! Awguri Deborah fil-proġetti tiegħek!

Filmat: Marlon Polidano 

Muntaġġ: Andrew Borg Carbott


Anthony Baldacchino