Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said fuq il-mezzi soċjali tagħha tikteb, "Inħossni ferm mnikkta nisma’ bl-allegati każi tal-qtates li nstabu mejta f’tas-Sliema f’ċirkostanzi daqshekk brutali."
Hi tkompli, "Dan hu att moqżież u ta’ krudeltà bla bżonn. Ma nistax nifhem kif xi ħadd jista’ jagħmel xi ħaġa hekk kerha lil annimal innoċenti. Nikkundanna b’mod qawwi dan l-aġir u diġa tlabt lill-awtoritajiet jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex issir ġustizzja."
Alicia Bugeja Said itemm, "Nappella lil kull min għandu xi informazzjoni biex jitkellem. Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem dawn l-attakki vjolenti fuq l-annimali."
Faceboob / Alicia Bugeja Said