Melissa Nutricato qed itella’ appell dwar il-qattus tagħha li ilu mitluf kważi ħmistax.

“Olie ilu nieqes mis-Sibt 7 ta’ Ġunju u ilna nfittxuh bla waqfien.
Fil-viċinanzi ma nistgħu insibuh imkien, u dan iħallina b’żewġ sitwazzjonijiet li setgħu seħħu. Jekk ma ġralu xejn, jista’ jkun li nġabar minn xi ħadd li qed iżommu.
Jekk għandek xi informazzjoni, nitolbok tikkuntatjana. Nista' niggarantilek li tibqa' anonimu.
Qed noffri €500 Premju lil min iġibulna lura sħiħ.– mingħajr mistoqsijiet.” 

Nittamaw b’qalbna kollha li Olie jinstab malajr u jerġa’ lura f’daru b’saħħtu u sigur.
Kiefra wisq meta jintilef annimal tant maħbub.
Inħeġġu lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħin sabiex Olie jkun jista’ jingħaqad lura mal-familja tiegħu.


Rowena Grech