L-eks kontestant ta’ HazZard u personalità ta’ ispirazzjoni Ingrid Sammut intgħażlet biex tirrappreżenta lil Malta u taqra l-punti tal-pajjiż waqt il-Gran Finali tal-Eurovision tal-bieraħ. Dan il-mument kien wieħed mill-isbaħ fejn qabel qrat il-voti b'tant professjonalità, għaddiet messaġġ b'saħħtu ta' ispirazzjoni.
Justin Brincat, li ħa ħsieb l-irtokk ta' Ingrid għall-qari tal-voti, kiteb kelmtejn ta' ammirazzjoni lejha.
"Ingrid mhix biss sabiħa minn barra, iżda simbolu veru ta' saħħa u reżiljenza. Bħalissa għaddejja mill-kimoterapija, iżda affaċċjat dan il-mument bi grazzja, pożittività u kuraġġ bla waqfien. Id-delegazzjoni Maltija għamlet għażla sabiħa meta għażlitha biex tirrappreżenta l-ispirtu tan-nazzjon tagħna."
Prosit kbira Justin ta' dawn il-kliem sbieħ, u Prosit kbira Ingrid talli rrappreżentajtna bl-isbaħ mod! Kburin bik!