Fuq il-midja soċjali ntlemaħ il-jott li hu magħruf li hu ta' Mark Zuckerberg, in-negozjant Amerikan li waqqaf is-servizz tal-midja soċjali Facebook u l-kumpanija tal-Meta Platforms.
Għandu valur ta’ madwar €270 miljun, jinsab trakkat f'Palumbo Shipyards fil-Kottonera wara li wasal Malta lbieraħ kmieni filgħodu. Il-jott fih 387 pied, ikbar b’mod sinifikanti minn superyachts tipiċi, u huwa kkalkulat bħala wieħed mill-aktar għoljin fid-dinja.
Skont is-sit marittimu vesselfinder.com, il-Launchpad daħal fil-port ftit qabel is-7 ta' filgħodu wara madwar ħamest ijiem fuq il-baħar. Mhux ċar jekk Zuckerberg hux abbord jew xi mkien ieħor f’Malta.
Facebook/ Mark Zuckerbeg