Sue Mifsud, magħrufa bħala Dj Sue ttella’ din l-aħbar ħażina dwar il-mewt ta’ missierha, 

“Dan hu li għallimni il-valuri ta’ bniedma ta’ qalb tajba, li tħobb u tferraħ lin-nies. Dan hu li għallimni nħobb il mużika, li biha nferraħ ħafna nies. Dan hu li għamilni dak li jien illum.Ftit jiem ilu waqt li kont l-isptar ħdejh fil-ward, ħrigt inġiblu xi ħaga u nisimgħu jghid lil pazjenti l-oħra tal-ward, it tifla tiegħi dj, tferraħ in-nies bid-diski.

Għalkemm ħallejtna f’daqqa Da, ngħidlek grazzi u nibqa’ nżommok ġo qalbi. Inħobbok għal dejjem Da Rip Da.Parir guys, lill-ġenituri morru arawhom kemm tistgħu, gieli qbiżtha jien bil-ħajja mgħaġġla tal-lum.”

Mit-team ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu kondoljanzi lil Sue u lil familja u qraba tagħha f’din it-telfa kiefra.


Rowena Grech