“Mhijiex Biss Kwistjoni Ta' Mħabba. L-Imħabba Waħedha M'hijiex Biżżejjed. Hija Kwistjoni Ta' Bżonnijiet Profondi – Dr. Nicholas Briffa

Il-psikologu Dr.Nicholas Briffa itella’ dan il-ħsieb mill-pjattaforma tiegħu rigward il-bidliet li ngħaddu minnhom fil-ħajja u li l-imħabba waħedha kultant ma hijiex biżżejjed. 

“Matul il-ħajja ngħaddu minn staġuni differenti – fażijiet differenti – u mal-bidla tagħhom jinbidlu wkoll il-bżonnijiet emozzjonali tagħna. Hemm staġun tar-relazzjoni għal kull fażi tal-ħajja: dik li tagħtina s-sigurtà f’mument fraġli, dik li toffrilna stabbiltà meta nfittxu l-bilanċ, u dik li ddawwalna meta nkunu nixtiequ l-awtentiċità u l-intensità emozzjonali.

Mhijiex biss kwistjoni ta’ mħabba. L-imħabba waħedha m’hijiex biżżejjed. Hija kwistjoni ta’ bżonnijiet profondi u spiss inkonxji li nippruvaw nissodisfaw matul ħajjitna. Nibdew relazzjoni għax inħossu l-bżonn għall-paċi u l-appoġġ. Iżda mbagħad, maż-żmien, grazzi għat-tkabbir personali, għall-esperjenzi tal-ħajja jew għall-għarfien personali – nistgħu nsiru individwi aktar evoluti fuq livell psiko-emozzjonali u lesti li npoġġu lilna nfusna f’riskju b’mod differenti.”

Kompli aqra iktar hawn isfel:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI