Id-Dipartiment tal-Informazzjoni fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħabbar li se ssir riġnerneazzjoni tal-pjanna, kif ukoll iz-zuntier tal-knisja f'Ħal Tarxien. Proġett li ċertament ħa jagħti dehra friska fil-qalba ta' din il-lokalità.

Huma jiktbu, "Imħabbra l-pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Ħal Tarxien. Ix-xogħlijiet jinkludu r-rikostruzzjoni u t-tisbiħ tal-pjazza, il-bankini tat-toroq ta’ madwar il-pjazza li se jsiru b’uċuħ tal-lava u l-porfido, u turġien b’ġebel tal-qawwi. Ser isir ukoll ir-rikostruzzjoni taz-zuntier tal-Knisja b’pavimentar ġdid u tiswija tat-turġien taz-zuntier."

Huma jżidu, "Dan l-intervent ser jaħseb għal sistema ta’ dawl ġdida li tirrispetta l-madwar tal-pjazza, restawr tal-arbli tad-dawl ta’ fuq iz-zuntier tal-Knisja u bażijiet ġodda għalihom, u tqegħid ta’ għamara ġdida tat-triq. Ser isir ukoll xogħol ta’ tisħiħ fis-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita, tibdil tas-sistema tad-drenaġġ tal-inħawi tal-Knisja, u mogħdija minn taħt l-art għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku."

X'taħbu dwar dan ix-xogħol?


Emil Calleja Bayliss