Nazzareno Alessandro Micallef Garrett ismu proprja imma ħafna jafuh bħala Renato, jew Renato Micallef. Irrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1975 u jibqa' magħruf ukoll għal Ġensa. Mitna Għal Barrani hi waħda mill-kanzunetti klassiċi minn dan il-musical li jiqbgħu jsemmu tant u tant nies.

Illum hu jum speċjali għal Renato għax qed jiċċelebra għeluq sninu. Il-kantant ċelebri jagħlaq 68 sena. Nhar il-Ġimgħa li ġej, donnu biex jiċċelebra għeluq sninu Renato ħa jkun il-mistieden tal-programm Min Imissu? fuq ONE, ċertament li d-daħk mhux ħa jonqos.

Kull min jaf lil Renato, jaf kemm hu persuna ferrieħi u allegruż. Aktar kmieni din is-sena, Renato kien qal li l-karriera tal-kant tiegħu waslet biex tintemm imma s'issa għadu għaddej. Il-kanzunetta Qalu Li Raw, flimkien mal-kantant żagħżugħ Sebastian Calleja kienet l-aħħar kanzunetta li smajna mill-vuċi tiegħu fix-xena lokali.

Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Renato f'dan il-jum speċjali, nixtiequ nisimgħu ħafna aktar minnu.

Facebook / Renato Micallef


Emil Calleja Bayliss