Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi lokali Soraya Queen. Fuq il-mezzi soċjali tagħha hi tgħaddi messaġġ lil dawk kollha li jsegwuha u ġa sabu l-ħin sabiex jgħaddulha l-awgurju tagħhom.
Soraya tikteb, "Bonġu lil kulħadd. Illum jimmarka l-ewwel jum tat-tmienja u tletin sena tiegħi f'din id-dinja. Mill-qalb nirringrazzja lil kull min b'xi mod għinni biex kelli sena tajba u mimlija b'ħafna emozzjonijiet, minn familja, ħbieb, kollegi, klijenti fuq ix-xogħol, segwaċi u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor daħlu f'ħajti. Grazzi."
Hi żżid, "Din is-sena ħabatli t-Tnejn u għalhekk ħadt ħsieb li niċċelebrah ilbieraħ allura illum, 'business as usual.' Grazzi mill-ġdid tad-diversi awgurju li diġà rċevejt."
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Soraya l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mimli esperjenzi sbieħ, ferħ u saħħa. Awguri!
Facebook / Soraya Queen