Proprju lbieraħ iċċelebra għeluq sninu l-attur u preżentatur lokali Karl Bonaċi. Huwa għalaq 53 sena!

Minkejja karriera mill-aktar imżewqa fix-xena tal-ispettaklu, Karl jibqa' l-aktar magħruf għas-sehem ewlieni tiegħu fis-sensiela Ipokriti, li lura fl-1995 kienet attirat l-attenzjoni tal-poplu Għawdxi u Malti, bis-sħiħ.

Huwa ssokta jimraħ f'bosta produzzjonijiet televiżivi fosthom One Star HotelBecky: The Return.

Intant, illum il-ġurnata lil Karl narawh kuljum fuq l-istazzjon televiżiv tiegħu F Living, fejn jippreżenta l-programm F Living Show fil-ħinijiet ta' waranofsinhar u jżomm kumpanija mill-isbaħ lit-telespettaturi tiegħu.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat għas-snin li ġejjin!

F Living


Cristian Tonna