Ir-riti tal-funeral għall-Q.T. Papa Franġisku jdumu disat ijiem. Il-konklavi jridu jibdew fi żmien 15 sa 20 jum wara li Papa jmut jew jirriżenja.
Mal-mewt tal-Papa, id-dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali jsejjaħ lill-kardinali eletti fil-Vatikan, li bħalissa hemm 138 minnhom. Biex jissieħbu fil-konklavi, il-kardinali jrid ikollhom taħt it-80 sena.
Waqt il-konklavi, il-kardinali jgħixu fid-Domus Sanctae Marthae, faċilità qisha lukanda biswit il-Bażilika ta’ San Pietru. Huwa fejn il-Papa Franġisku għażel li jgħix, aktar milli fl-appartamenti papali tal-Palazz Appostoliku. Ir-residenza ġiet imqabbla ma’ lukanda ta’ tliet stilel.
Fost il-138 kardinal, hemm l-Għawdxi Mario Grech, li wkoll ser jivvota għal Papa ġdid fil-Konklavi.
Facebook/ Department of Information (Malta)