Fis-27 t’April ta’ kull sena, l-Amerika tiċċelebra l-ommijiet kollha li uliedhom għandhom l-awtiżmu. Il-ġurnata twaqqfet biex tiċċelebra s-saħħa, il-kuraġġ, u d-determinazzjoni ta’ dawn l-ommijiet. Hija ġurnata ukoll fejn tista’ teduka lin-nies dwar l-isfidi u l-mumenti sbieħ li jgħaddi minnhom ġenitur li għandu t-tfal bl-awtiżmu.

Ftit kundizzjonijiet oħra għandhom il-kumplessità li għandu l-awtiżmu, peressli jaffettwa kemm il-persuna, u kemm il-familja tagħha. L-ommijiet bi tfal bl-awtiżmu jissejħu anka bħala supereroj, għax ġeneralment jiffaċċjaw sfidi akbar minn ġenituri oħra, u tfal hekk jirrikjedu s-sigħat kollha tal-ġurnata. Din tista’ twassal għal aktar stess u għejja fuq il-ġenituri, għalhekk għandhom bżonn il-ħin għalihom ukoll.


Nicole Zammit