“Immaġina kieku kellna nindirizzaw mard bħall-kanċer minn qabel ma jidher minflok nistennew li jikkawżaw problema. Il-mod tradizzjonali għall-mediċina jiddetta li tistenna sakemm xi ħaġa tmur ħażin u mbagħad tmur għand it-tabib, li jipprova jirranġaha. Iżda b'ħafna problemi tas-saħħa, aktar ma tħalli aktar se tkun ikkawżata ħsara. U kultant ikun tard wisq. Aħseb kemm tkun aktar effettiva l-kura tas-saħħa kieku kellna nipprevjenu l-problemi minflok.”

Il-passjoni ta’ Dr Philip Borg li jaħdem fl-Isptar Saint James u jitkellem dwar dan is-suġġett hija kbira. Speċjalista tal-mediċina tal-lonġevità u konsulent radjologu li jagħmel dawn l-interventi, hu jmexxi The Longevity Clinic u ħa jitkellem dwar miżuri ta’ kontroll fuq mard possibbli li nistgħu nieħdu biex nipprevenuhom qabel ma jseħħu.

Il-mod li japplika Dr Borg huwa ġdid ħafna għall-mediċina. Il-konsultazzjonijiet offruti f’The Longevity Clinic jgħinu lill-pazjenti jottimizzaw is-saħħa fiżika u l-benessri mentali tagħhom biex jgħixu ħajja aktar b’saħħitha u itwal. Hu nfatti jgħid li l-bnedmin qed jgħixu aktar fit-tul, u mill-1900 it-tul tal-ħajja twal sew minħabba avvanzi kbar fil-kura tas-saħħa. Infatti f’Malta l-medja hija li ngħixu sa 83 sena madankollu, 70% minna għandna piż żejjed u wieħed minn ħames persuni qed jgħixu b'kundizzjoni kronika tas-saħħa. 

“Meta mard kroniku bħal mard tal-qalb, kanċer jew il-marda ta’ Alzheimer jiġi djanjostikat, bidliet li jikkawżaw dawn il-mard ikun ilhom iseħħu bil-mod minn 10 sa 20 sena qabel, li jfisser li t-tobba u l-pazjenti tilfu l-opportunità li jipprevjenu dan. Il-mard tal-qalb huwa eżempju tajjeb. Fl-arterji jibdew jingħalqu minn madwar għoxrin sena qabel. Madankollu, dan jidher evidenti bħala sintomu 20 sena wara jekk mhux aktar, meta jidjiqu b'mod kritiku jew ikun hemm imblukkar sħiħ ta’ arterja," jispjega Dr Borg.

Diversi nies bi problemi tal-qalbi jispiċċaw imutu u l-kanċer huwa wkoll eżempju ieħor. Fil-kanċer tal-kolorektum, it-tumuri jiżviluppaw minn polipi li jistgħu jiġu skoperti u kkurati fi stadju bikri b'testijiet ta' screening qabel ma jidhru s-sintomi. Meta mbagħad wieħed iħares lejn pazjent li jiġi djanjostikat bil-marda ta’ Alzheimer, bidliet fil-moħħ ikun ilhom iseħħu bil-mod minn 20 sena.

“Nistgħu nagħmlu ħafna biex nevitaw li l-affarijiet jaslu f'dan l-istadju. Pereżempju, it-taħriġ aerobiku u bil-weights jgħin biex tinżamm il-mobilità tal-funzjoni kardijaka, l-istabbiltà, is-sensittività għall-insulina, u s-saħħa tal-moħħ. L-irqad minn seba’ sa tmien sigħat kuljum itawwal l-għomor u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa l-marda ta’ Alzheimer. Għalhekk, filwaqt li qatt ma nistgħu neliminaw ir-riskju tal-marda 100%, hemm ħafna x'tagħmel biex tnaqqas il-probabbiltà," jgħid Dr Borg.

Dan huwa fejn it-testijiet li jsiru fil-Klinika tal-Lonġevità ta' Saint James isiru imprezzabbli. Il-Lonġevità Annwali hija valutazzjoni avvanzata tal-kura tas-saħħa li tkejjel ċertu markers inklużi fit-testijiet tad-demm u valutazzjoni, Fit For Age ta’ 60 minuta, kif ukoll tivvaluta fatturi oħra tal-istil tal-ħajja bħall-eżerċizzju, id-dieta u l-irqad.

Ir-riżultati tat-testijiet tad-demm u l-parametri tal-idoneità huma analizzati, flimkien ma' fatturi ta' riskju oħra bħal lipidi, livelli ta' glucose fid-demm, pressjoni tad-demm u ċirkonferenza tal-qadd matul il-valutazzjoni annwali tas-saħħa. Wara dan, programm dettaljat ta' intervent kif tista' tibdel l-istil ta' ħajja tiegħek jiġi preskritt mill-ispeċjalista tal-mediċina tal-lonġevità, inklużi mediċini bir-riċetta kif klinikament ikun indikat.

“Il-prevenzjoni tal-kanċer u l-iskrinjar bikri huma aspett importanti ieħor tal-mediċina tal-lonġevità. Il-Klinika tal-Lonġevità toffri wkoll servizz ta’ screening tal-kanċer, inkluż aċċess għat-test tad-demm tal-iskrining tal-kanċer imsejjaħ Trucheck, li kapaċi jiskopri l-kanċer sa 70 sit differenti qabel ma jidhru s-sintomi," iżid Dr Borg.

Naturalment, id-dieta għandha rwol kbir fl-appoġġ ta' dawn is-servizzi. Dr Borg jiddeskrivi d-dieta Mediterranja bħala ideali – sfortunatament, filwaqt li jgħixu fil-Mediterran, id-dieta li ħafna minna jsegwu mhix verament Mediterranja. “Ħafna minna nibbażaw in-nutrizzjoni tagħna fuq ikel ultra-proċessat, li jippromwovi l-kanċer. Elementi oħra involuti jinkludu d-drawwiet tal-irqad tagħna, ir-rispons għall-istress tagħna, kemm nikkunsmaw alkoħol, u kemm inpejpu. Hija ħafna informazzjoni biex tipproċessa, iżda fil-Klinka tal-Lonġevità  aħna nkissruha billi noħolqu pjan personalizzat li huwa faċli biex issegwi u huwa bbażat madwar il-bżonnijiet speċifiċi tiegħek,” Dr Borg jispjega.

Waħda mill-akbar sfidi lejn il-kisba ta’ ħajja itwal u aktar b’saħħitha, jinnota, hija n-nuqqas ta’ edukazzjoni. Ħafna għadhom ma jafux bl-akbar fatturi ta’ riskju għas-saħħa tagħna. Għalhekk, nistgħu nkunu nafu li t-tipjip iġorr riskju ta' kanċer tal-pulmun, iżda inqas nies huma konxji li jżid ukoll il-probabbiltà ta' kanċer ieħor.

“Ilkoll irridu ngħixu ħajja twila f'saħħa tajba, inżommu l-mobilità, l-indipendenza u l-benessri mentali billi nestendu l-perjodu ta' ħajjitna li fih aħna fiżikament attivi, konjittivament b'saħħitna u soċjalment preżenti. M'hemm l-ebda formula sigrieta għal ħajja twila u b'saħħitha. Bidliet fl-istil tal-ħajja, flimkien ma' screening bikri għal mard u mediċini bir-riċetta meta meħtieġ, se jżidu l-ħajja u l-firxa tas-saħħa tiegħek. Il-Klinika tal-Lonġevità tieħu approċċ olistiku u tpoġġik lura fil-kontroll, jikkonkludi” Dr Borg.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi fil-Klinika tal-Lonġevità tal-Isptar St James. Agħfas HAWN.


Gwida.mt