Illum it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest fejn Malta permezz ta' Sarah Bonnici u l-kanzunetta Loop se tkun qed tiftaħ din is-semifinali. Il-kantanta Maltija tul dawn l-aħħar ħmistax impressjonat waqt il-provi, imma issa d-deċiżjoni ta' min jgħaddu u min le, taqa' f'idejn il-poplu tal-Ewropa.

Qabel ma tibda dan il-jum impenjattiv, Sarah kellha sorpriża ħelwa mingħand il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Owen qasam filmat ta' dak li ġara dalgħodu. Hu kiteb, "Qomna kmieni dalgħodu b’diskursata ħelwa mal-ambaxxatriċi ta' Malta Sarah Bonnici qabel is-semifinali tal-Eurovision."

Hu jkompli, "U tajtha sorpiża ħelwa hekk kif miegħi kelli lil oħtha, Abigail fejn ma stajtx ma nammirax l-għaqda tant sabiħa bejn dawn iż-żewġ aħwa! Hemm tmien snin bejnithom! Li kieku ma qalulix qas kont ninduna min hi l-kbira u ż-żgħira!"

EBU / Alma Bengtsson


Emil Calleja Bayliss