Il-kantant Dario Bezzina jgħaddi messaġġ mill-qalb lill-għażiża ommu f'jum għeluq sninha. Lil Dario għadna kif rajnieh waqt Mużika Mużika bil-kanzunetta Ħolma ta' Mument, filwaqt li s-sena li għaddiet rajnieh fil-Malta Eurovision bil-kanzunetta Bridle Lane u aktar tard din is-sena se narawh ukoll fil-festival lokali l-Għanja tal-Poplu.

F'dan il-jum speċjali hu jiktbilha, "Awguri lir-reġina ta' qalbi f'għeluq sninha, Mariella. Grazzi għall-appoġġ tiegħek u l-imħabba bla kundizzjoni. Inħobbok aktar ma’ kull sena li tgħaddi. Nittama li jkollok jum mill-aqwa pupa tiegħi."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Mariella l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-aqwa mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri mill-qalb!

Facebook / Dario Bezzina


Emil Calleja Bayliss