Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Bidnija qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar tal-qsim il-qalb fejn ħabbru li tilfu tnejn min-nies li kienu jagħmlu parti mill-komunità tagħhom.

Huma qalu, “Il-Bidnija mnikkta għat-telfa ta’ żewġ membri tal-komunita’ tagħha. B'niket inhabbru I-mewt ta' Michael Attard li ghal żmien twil kien Sagristan fil-knisja tal-Bidnija, u ta’ Ġamri Vella, li bosta jafuh bħal ta’ Ċikka.”

Żiedu jgħidu, “II-funeral ta’ Michael se jsir ghada I-Erbgha 27 ta' Marzu fil-Bazilika tal-Mosta fis-2:00pm. Il-funeral ta’ Ġamri Vella se jsir nhar it-Tlieta 2 ta’ April fit-8.30am fil-Bażilka Rotunda tal-Mosta.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb tagħhom. Jistrieħu fis-sliem.


Charlton Cefai