Din il-ġimgħa ġie mniedi l-ktieb Gilbert Simiana: Fuq Il-Passi Ta’ Ġesù, b’riċerka u kitba ta’ bijografija minn Stephen Zammit li hu membru tas-Soċjetà Tal-MUSEUM.

Il-ktieb ġie mniedi nhar l-Erbgħa fejn kienu mistiedna l-aspiranti u magħżulin tal-oqsma Maltin. Preżenti kien hemm ukoll omm Gilbert, u ħutu Loraine u Keith.

Simiana twieled fl-1982 u miet fl-1998, ftit biss qabel ma għalaq sittax-il sena. Hu kien żagħżugħ mimli enerġija u kif ukoll sportiv. Hu kien jattendi l-Museum tar-Rabat fejn minkejja it-tbatija li bata minħabba l-marda tal-kanċer, hu baqa’ jikber fil-fidi u fl-imħabba lejn Ġesù.

Fil-messaġġ tiegħu fi tmiem il-laqgħa, is-Superjur Ġenerali stieden lil dawk preżenti sabiex fuq l-eżempju ta’ Gilbert jibqgħu jimxu fuq il-passi ta’ Ġesù.

SDCmuseum.org


Bernard Xuereb