Ix-xiri online minn welbees.mt mhux biss jagħtik konvenjenza, iżda joffrilek ukoll esperjenza kompletament modernizzata, effiċjenti u ekoloġika. Hawn taħt għandek ir-raġunijiet għaliex aktar nies qed jagħżlu lil welbees.mt biex jagħmlu x-xirja tagħhom. 

Biex ikomplu jieħdu ħsieb l-ambjent, il-ħwienet nedew boroż riċiklati li jistgħu jintużaw mill-ġdid. Tajjeb li żżomm f'moħħok li kull xahar tkun organizzata lotterija fejn il-klijenti jistgħu jirbħu xirja bla ħlas! Barra minn hekk, min jirregistra biex jixtri l-ewwel darba għandu €10 skont apparti l-offerti l-oħra.

  • Ippakkjar Eco-Friendly - Huma jimpurtaw mill-ambjent. Ix-xirja tasal f'darek f’boroż riċiklati li tista’ terġa’ tużahom. Dan huwa pass żgħir iżda b’impatt kbir fuq l-ekosistema tagħna lkoll.
  • Tista' tagħżel ħinijiet flessibbli - Tista’ tagħżel minn diversi ħinijiet biex titwassallek ix-xirja tiegħek skont l-istil ta’ ħajja li tgħix. Għandek ukoll għażliet express għal dawk il-ġranet mimlijin b’impenji.
  • Customer Care - Il-klijenti tagħhom huma prijorità. It-tim li għandhom dejjem lest biex jgħinek b’mod effiċjenti u professjonali.
  • L-istess prezzijiet bħal fil-ħwienet - L-ebda żieda fil-prezzijiet – l-istess valur li ssib fil-ħwienet tista’ tgawdi minnu online ukoll.
  • Delivery B’Xejn fuq Ordni ta’ Aktar minn €65 - Meta tonfoq €65 jew aktar, tgawdi minn delivery b’xejn direttament sal-bieb ta' darek.

  • Sit Modern u Faċli biex jintuża - Is-sit ġie aġġornat kompletament – aktar veloċi, aktar intuwittiv u b’dehra innovattiva.
  • Informazzjoni Dettaljata fuq il-Prodotti - Tista’ tagħmel għażliet aktar għaqlin b’deskrizzjonijiet, informazzjoni nutrittiva u dettalji ċari fuq kull prodott.
  • Għodod Avvanzati ta’ tiftix u filtrazzjoni - Sib dak li għandek bżonn f’sekondi b’għodod ta’ tiftix imtejba u filtri mfassla apposta għalik.
  • Sit Mobile-Friendly - Tista’ tixtri minn desktop, tablet jew smartphone – meta u minn fejn trid.
  • Lista ta’ Favoriti - Żomm il-prodotti favoriti tiegħek f’lista sabiex ix-xirja li jmiss tkun aktar faċli għalik.

  • Xiri Sigur - Jużaw teknoloġija avvanzata ta’ encryption biex jipproteġu d-data tiegħek.
  • Ordna mill-ġdid b’klikk waħda - Għandek ħajja mpenjata? Ordni preċedenti jistgħu jerġgħu jintbagħtu.
  • Cashback u Loyalty Points Online Wkoll - Ħu l-punti u l-cashback fuq ix-xiri tiegħek online bħalma tagħmel fil-ħwienet.
  • Iffranka l-ħin - Evita l-konġestjoni u l-kjuwijiet – ixtri mid-dar b’serħan il-moħħ, meta jkun l-aktar konvenjenti għalik.

Tibqax lura, agħmel l-ewwel xirja tiegħek minn welbees.mt illum u skopri kemm jista’ jkun faċli u sabiħ li tieħu ħsieb li tagħmel ix-xirja tiegħek b’mod sostenibbli u effiċjenti!


Emil Calleja Bayliss